Sorsi qrib l-ogħla istituzzjonijiet Ewropej qed jindikaw illi Donald Tusk lest jipproponi estensjoni ta’ 12-il xahar għal Brexit. Dan sabiex ikun hemm żblokk fis-sitwazzjoni preżenti, li donnu ma tistax tissolva.
Dan il-pjan jagħti ċ-ċans ukoll lill-Brittanniċi biex jekk fil-frattemp il-Parlament jilħaq qbil, ikunu jistgħu jħallu l-UE qabel dan it-terminu.
L-estensjoni formali ta’ Brexit se tintalab illum minn Theresa May, permezz ta’ ittra indirizzata lil Donald Tusk.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.