Edukazzjoni Lokali

Eżekuttiv ġdid għall-KSU

L-Eżekuttiv ġdid tal-Kunsill Studenti Universitarju ġie appuntat waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali.

Il-President il-ġdid huwa William Farrugia u Celine Bartolo inħatret Segretarju Ġenerali. Il-Membri l-oħra huma Christian Aquilina, Segretarju Ġenerali, Eman Haber, Segretarju Finanzjaru, Thomas Mifsud, responsabbli mir-Relazzjonijiet Pubbliċi, Naomi Attard, Segretarju Internazzjonali, May Hefny, Ko-Ordinatriċi Internazzjonali, Matthew Xuereb, Ko-Ordinatur għall-Edukazzjoni, Naomi Deguara, Ko-Ordinatriċi għall-Politika Soċjali,
Julia Cini, Segretarja dwar il-Kultura u d-Divertiment u Matthew Gauci Ko-Ordinatur dwar id-Divertiment.

Il-Kummissarji għall-Edukazzjoni u dak dwar il-Politika Soċjali jkunu eletti aktar tard u jservu bħala membri eżekuttivi Ex Officio.

L-Eżekuttiv se jkun kompost minn numru ta’ persuni b’esperjenza fil-Kunsill Studenti Universitarji, b’uċuh ġodda u ideat friski minn oqsma differenti.

L-Eżekuttiv il-ġdid se jkompli jibni fuq ix-xogħol li diġa sar sabiex tiżdied ir-rappreżentanza tal-istudenti u sabiex tkompli tinżamm fuq quddiem l-agenda dwar is-sostenibilità ambjentali.

Il-KSU se jkompli jimpenja ruħu sabiex jitjiebu s-servizzi għall-istudenti u sabiex tiġi żviluppata politika iktar wiesa b’impatt ikbar kemm fuq livell Universitarju kif ukoll fuq livell Nazzjonali.