Lokali

Film għall-għarfien dwar l-abbuż tad-droga

Il-Fondazzjoni Caritas Malta qed torganizza Ċineforum bl-għan li twassal iktar għarfien dwar l-abbuż tad-droga u xi jbiegħed mid-droga.

Din l-attività se tibda billi jintwera film bl-isem ta’ Beautiful Boy bl-istorja bbażata fuq storja vera. Il-protagonist huwa dipendenti fuq sustanzi u kawża ta’ dan jaffetwa drastikament lill-familja kollha.

Wara l-film se jkun hemm diskussjoni ma’ diversi esperti fil-qasam, b’dawk li se jattendu se jingħata l-opportunità li jesprimu l-ħsibijiet tagħhom fuq dan, kif ukoll isaqsu xi mistoqsijiet.

Din ir-riflessjoni se ssir biex iktar ġenituri jkunu konxji minn dak li uliedhom jistgħu jgħaddu minnu fiż-żminijiet li dejjem qed jinbidlu. Dan filwaqt li jkun imfakkar biex il-familji jingħaqdu flimkien iktar ta’ spiss minkejja l-ħajja magħġġla tal-familji Maltin u Għawdxin.

Iċ-Ċineforum se jkun miftuħ għall-pubbliku nhar il-Ħamis 11 ta’ April, bl-attività se ssir b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Oasi u l-Assoċjazzjoni tal-Psikjatri.