Il-prezz medju ta’ appartament fl-2017 zdied b’24 fil-mija meta mqabbel mal-2016. Jigifieri, appartament li fl-2016 kien jiswa €200,000, sena wara dan kien jinbiegħ għal kważi €250,000
Dan ħareġ mill-aġġortnament ta’ studju li sar mid-ditta KPMG u kkummissjonat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi l-MDA.
Minbarra fl-appartamenti, kien hemm żieda qawwija wkoll ta’ 21% fil-prezzijiet ta’ maisonettes u żieda ta’ 22% fil-prezzijiet ta’ penthouses meta mqabbla mal-2016.
Bħala konsegwenza ta’ din iż-żieda qawwija f’temp ta’ sena, l-affordabilita’ ta’ dawn il-postijiet ħadet daqqa ‘l isfel. L-Affordabilita’ titkejjel dwar kemm familja bi dħul medju taffordja jew tikkwalifika għal self biex tixtri propjeta’ medja. Indiċi ta’ 1 jew iktar jindika li l-prezz ta’ propjeta’ medja hi affordabbli għal familja bi dħul medju. . Tnaqqis ta’ 13%.
L-istudju ta’ KPMG wera li fl-2017, il-prezz medju ta’ appartament għadda minn affordabbli għal familja ta’ dħul medju għal inqas minn affordabbli hekk kif l-indiċi tal-affordabilita’ niżel minn 1.02 fl-2016.
L-Affordabilita’ kompliet tonqos ukoll għal dak li għandu x’jaqsam ma’ maisonettes u penthouses.
Il-prezzijiet ta’ appartament li jinbiegħ finished ivarjaw konsiderevolment skont ir-reġjun u jibdew minn kważi €1,600 għal kull metru kwadru fin-Nofsinhar ta’ Malta għal iktar minn €3,900 għal kull metru kwadru fiz-zona tal-Port il-Kbir.
Dan jindika li minħabba li d-dħul medju mhux ilaħħaq maż-żieda fil-prezzijiet tal-propjeta’, inqas Maltin qed jaffordjaw jixtru l-propjeta’ medja. Imbaghad jispiccaw jinqabdu f’morsa bejn li ma jaffordjawx jixtru post u kirjiet dejjem jogħlew.
Fir-reazzjoni tiegħu għal dan l-istudju, il-Prim Ministru qal li hu impressjonanti kif l-industrija tal-kostruzzjoni kibret b’9%. Qal ukoll li, skont hu, l-istudju juri li m’hemmx bużżieqa fil-prezzijiet tal-propjeta’ u li l-industrija qiegħda fuq pedamenti sodi. Hu qal li l-affordabilita’ għandha tiġi indirizzata b’policies li jindirizzaw is-suq tal-kiri.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-MDA Sandro Chetcuti qal li s-settur tal-kostruzzjoni jibqa’ l-iktar settur li jħalli multiplier effect fuq setturi oħra. Hu qal li d-domanda hi waħda sostenibbli u ma hemmx problema ta’ provvista żejda sakemm il-proġetti pendenti ma jispiċċawx fis-suq kollha f’daqqa.
Sandro Chetcuti esprima wkoll l-inkwiet tiegħu għal min se jieħu post Joseph Muscat ladarba jispiċċa minn Prim Ministru.
//= $special ?>