Kunsilli Lokali Lokali

Proġett ta’ restawr fin-Naxxar grazzi għall-Kunsill u għall-Fondi Ewropej

Il-Mitħna tal-Għaqba, fin-Naxxar, se tkun qed tiġi rrestawrata u rinnovata grazzi għal fondi tal-Unjoni Ewropea.

Ir-restawr ta’ din il-binja, li għandha valur storiku għan-Naxxarin se tkun tista’ titgawda mhux biss minn nies tal-lokalità hekk kif jitlesta x-xogħol fuqha, iżda mill-Maltin kollha, hekk kif din il-mitħna se tibda’ sservi wkoll ta’ post għal eżibizzjonijiet artistiċi.

In-nefqa għar-restawr ta’ din il-binja mistennija tlaħħaq kważi €700,000, li se jkunu ġejjin kollha mill-Fond Ewropew għal proġetti ta’ dan it-tip.

Il-Kunsill tan-Naxxar immexxi mis-Sindku Anne Marie Muscat Fenech Adami ħadmu qatigħ sabiex dan il-proġett iseħħ, kif ukoll biex isir tisbiħ tal-lokalità tal-madwar.

Bħala parti minn dawn ix-xogħlijijet filfatt, il-Kunsill nieda wkoll xogħol ta’ tisbiħ fuq il-ħitan ta’ biswit il-mitħna li jiġu wkoll qrib żewġ skejjel li hemm fiz-zona.

Preżenti għat-tnedija tal-proġett tar-rinnovar tal-mitħna, flimkien mas-Sindku u l-Kunsilliera tan-Naxxer, kien hemm ukoll Robert Cutajar, Kelliem Għall-Oppożizzjoni dwar il-Kunsilli Lokali,