Sport Sport Ieħor

Rekord ta’ parteċipanti barranin għall-25 edizzjoni tat-Tour ta’ Malta

Rekord ta’ parteċipanti barranin mistennija jipparteċipaw fil-25 edizzjoni tat-Tour ta’ Malta sponsorjat minn The Cyclist. Dan tħabbar waqt konferenza stampa, bil-maġġoranza tal-klabbs ġejjin mill-Ingilterra u l-Italja. Għall-ewwel darba se tjkun hemm ċiklisti minn Ġibiltà.

Fl-okkażjoni tal-25 edizzjoni, se tiġi introdotta kategorija ġdida miftuħa għaċ-ċiklisti Juniors. F’din l-edizzjoni se jkun il-kategoriji tal-Elite, tan-nisa u tal-Masters ‘l fuq minn 40 sena.

It-Tour ta’ Malta jibda l-Ħamis 11 ta’ April u jintemm il-Ħadd 14 ta’ April. L-ewwel tappa tikkonsisti f’time trial individwali fiċ-ċirkwit tal-Imtarfa fuq distanza ta’ 12-il kilometru.

It-tieni tappa se tkun fuq distanza ta’ 83.3 kilometru fil-by-pass ta’ San Pawl il-Baħar, filwaqt li t-tielet tappa ssir fuq 60 kilometru fil-by-pass ta’ Ħaż-Żebbuġ. Ir-raba’ u l-aħħar tappa li mistennija tkun deċiżiva, tkun tiġrija ta’ 88 kilometru fiċ-ċirkwit ta’ San Martin.