Sport Waterpolo

San Ġiljan jirbħu d-dwell missielet kontra Neptunes

SAN ĠILJAN TUM INVEST….. 9 NEPTUNES LEO VEGAS………. 7

(2-3), (1-1), (3-1), (3-2)

Iċ-champions San Ġiljan TUM Invest rebħu d-dwell dirett kontra Neptunes Leo Vegas biex jinsabu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika. Il-captain Matthew Zammit kien nieqes għal San Ġiljan filwaqt li ż-żagħżugħ Jake Muscat kien assenti għal Neptunes.

Ben Plumpton kien poġġa lil San Ġiljan iżda doppjetta ta’ Niki Lanzon u gowl ta’ Gabriel Pace dawru l-iskor, b’Dino Zammit inaqqas id-distakk minn penalty.

L-andament fit-tieni sessjoni baqa’ l-istess, b’Nikolai Zammit jiskorja minn penalty filwaqt li Tristan Said wieġeb għal San Ġiljan, bil-Ġiljaniżi jkollhom iċ-ċans tad-draw fl-aħħar ċans qabel il-mistrieħ.

San Ġiljan dawru l-iskor fit-tielet sessjoni minn penalty ta’ Dino Zammit biex Darren Zammit poġġa lil San Ġiljan minn fuq f’nofs it-tielet sessjoni. Iżda risposta immedjata ta’ Neptunes minn Jeremy Abela li ġab id-draw fl-azzjoni ta’ wara.

Madankollu Ben Plumpton ta vantaġġ lil San Ġiljan li bdew b’gowl minn fuq fl-aħħar sessjoni. Penalty ieħor ta’ Dino Zammit irdoppja l-vantaġġ u għalkemm Nikolai Zammit naqqas id-distakk, Neptunes ma rnexxielhomx iġibu d-draw. Kien Andreas Galea li għalaq il-logħba b’azzjoni fuq il-lemin, bil-gowl lejn it-tmiem ta’ Matthias Azzopardi jkun inutli.

San Ġiljan: J. Tanti, J. Portelli, A. Galea (1), B. Grech, K. Magri, B. Plumpton (2), C. Farrugia, T. Said (1), Da. Zammit (1), P. Fava, Di. Zammit (4), R. Caruana

Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (2), K. Erdogan, G. Pace (1), V. Ragone, J. Farrugia, S. Stellini, S. Busuttil, J. Abela (1), N. Zammit (2), M. Azzopardi (1), B. Busuttil

Referees: Massimo Angileri, Peter Balzan

L-EWWEL DIVIŻJONI

It-tieni rebħa għal Birżebbuġa

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…. 11 OTTERS NIVEA…………………… 2

(3-1), (1-0), (3-0), (4-1)

Birżebbuġa Freeport ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Otters Nivea 11-2. Il-kowċ ta’ Otters Anthony Farrugia kellu biss 11-il plejer għad-dispożizzjoni bis-centre Claudio Spiteri Debarro jkun nieqes.

Birżebbuġa urew l-intenzjonijiet tagħhom mill-bidu u rebħu l-ewwel sessjoni 3-1 b’doppjetta ta’ David Cutajar u gowl ta’ David Pace Lupi, b’Jake Bonavia jġib id-draw momentarju għal Otters. Pace Lupi skorja l-uniku gowl tat-tieni sessjoni għal vantaġġ ta’ 4-1.

Sa dak il-ħin, Otters kienu żammew id-distakk baxx iżda aktar ma bdiet tidħol l-għajja, Birżebbuġa komplew jieħdu l-kontroll tal-logħba. Huma aċċertaw mir-rebħa fit-tielet sessjoni bi tliet gowls mingħajr risposta.

Fl-aħħar sessjoni, Birżebbuġa żammew l-istess ritmu, b’David Pace Lupi jiskorja tlieta mill-erba’ gowls tagħhom fis-sessjoni.

Birżebbuġa: D. Spiteri, Z. Farrugia Seychell, N. Cassar (1), D. Pace Lupi (5), C. Mifsud (1), R. Spiteri, S. Vassallo, D. Cutajar (2), J. Bajada, M. Cutajar (1), M. Borg, L. Borg, J. Cremona

Otters: M. Xerri, D. Dimech, L. Hyzler, C. Theuma, C. Bugeja, K. Scicluna, G. Mizzi, A. Mifsud, L. Falzon, J. Bonavia (1), G. Sammut (1)

Referees: Stefan Licari, Richard Magri