Sport Waterpolo

San Ġiljan u Neptunes fi dwell għall-ewwel post

(Ritratt: Martin Agius)

Ir-rivalità bejn il-ġirien San Ġiljan TUM Invest u Neptunes Leo Vegas se tkompli llum hekk kif it-tnejn se jippruvaw jiksbu rebħa importanti li biha jitilgħu waħedhom fl-ewwel post. Iż-żewġ timijiet rebħu l-ewwel tliet logħbiet tagħhom. San Ġiljan għelbu lil Sirens, Sliema u Exiles filwaqt li Neptunes rebħu kontra Exiles, Sirens u Valletta.

San Ġiljan jittamaw li l-captain Matthew Zammit ikun fil-forma tas-soltu filwaqt li plejers bħal Dino Zammit u Ben Plumpton ikunu aktar preċiżi fl-attakk. Neptunes jittamaw li ż-żgħażagħ tagħhom ikomplu jispikkaw hekk kif għajr il-captain Niki Lanzon u l-gowlkiper Alan Borg Cole, it-tim ta’ Neptunes hu bbażat fuq iż-żgħażagħ. Fosthom qed jispikkaw Jake Muscat u Nikolai Zammit.

Fil-logħba l-oħra tal-lum, mill-Ewwel Diviżjoni Birżebbuġa u Otters jilagħbu kontra xulxin. Birżebbuġa kisbu l-ewwel rebħa jumejn ilu kontra Ta’ Xbiex u għandhom il-mira li jippruvaw ikunu r-rebbieħa tad-Diviżjoni. Otters fuq in-naħa l-oħra għandhom tim b’diversi żgħażagħ li bdew jieħdu l-esperjenza iżda fiż-żewġ ħarġiet li kellhom sa issa kienu ta’ sfida tajba għall-avversarji.

Kampjonat Premier

Illum

San Ġiljan v Neptunes   7.30pm

Għada

Sirens v Valletta            4.15pm

Sliema v Exiles              5.30pm

Kampjonat I Diviżjoni

Illum

Birżebbuġa v Otters       6.15pm

Għada

Marsaskala v Ta’ Xbiex          3.00pm