Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi

L-isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji

Raġel ta’ 35 sena mix-Xewkija kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn instab li qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident.

Ir-raġel, li kien qed isuq mutur tat-tip Honda jidher li kien involut f’impatt ma’ karozza tat-tip Hyundai Accent misjuqa minn raġel ieħor mix-Xewkija wkoll u li għandu 45 sena. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.30pm fi Triq l-Imġarr ix-Xewkija.

Fuq il-post issejħet il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 35 sena l-isptar fejn instab li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.