Internazzjonali

Tibda’ operazzjoni għall-ħelsien ta’ Tripli

ARKIVJI

Għaxart ijiem biss qabel il-Konferenza Nazzjonali mitluba mill-Ġnus Magħquda bit-tama li tiġi riżolta l-kriżi fil-Libja, il-Ġeneral Khalifa Haftar ta bidu għal operazjoni għall-ħelsien ta’ Tripli. Dan fl-istess ħin li kien qiegħed fuq żjara fl-istess belt, għall-ewwel darba f’sentejn, is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Antonio Gutierres.

Din mhux se tkun operazjoni faċli għal Haftar hekk kif suldati mill-Punent mill-ewwel bdew id-difiża u magħhom inagħaqdu wkoll dawk ta’ Misurata.

Haftar nieda din l-operazzjoni fuq Tripli wara li bejn Frar u Marzu hu ħa f’idejh il-kontroll tan-nofsinhar tal-pajjiż.

F’messaġġ awdjo il-Ġeneral Haftar qal lill-ġellieda u t-truppi tal-Armata Nazzjonali Libika li issa kien wasal il-mument għall-ħelsien.