Żagħżugħ ta’ 25 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqgħet fuqu xarabank hekk kif kien qed jagħmel xi xogħol fuqha.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart tal-ġimgħa filgħaxija fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra, Ħal Luqa hekk kif ċeda tagħmir li kien qed iżomm ix-xarabank.
Fuq il-post issejħet l-assistenza medika mill-Isptar Mater Dei fejn ħadu liż-żagħżugħ l-isptar għall-kura.
Il-vittma jinsab lura d-dar fejn se jkompli jirkupra mill-inċident li sofra.
//= $special ?>