Lokali

Żewġ Somali midruba f’inċidenti f’San Ġiljan

Arkivji

Żewġ Somali, wieħed ta’ 33 sena resident ż-Żurrieq u l-ieħor ta’ 23 sena residenti Marsaskala, kienu involut f’inċidenti identiċi imma separati kmieni dalgħodu f’San Ġiljan.

L-ewwel inċident seħħ għal xi 3.30am fi Triq il-Bajja, San Ġiljan fejn ir-raġel ta’ 33 sena allega li kien ġie aggredit minn xi persuni bi flixkun

Il-Pulizija marru fil-post biex jassistu lir-raġel iżda mal-wasla tagħhom, l-allegati aggressuri kienu ħarbu mill-post.

Ftit wara, għall xi l-4.00am, il-Pulizija rċeviet rapport ieħor mir-raġel ta’23 sena li kien involut f’inċident simili fi Triq Gort f’San Ġiljan.

L-irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei fejn it-tnejn ġew iċċertifkat li qed isofru minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dawn iż-żewġ rapporti għadhom għaddejjin