Futbol Sport

Bayern Munich fil-quċċata tal-Bundesliga b’rebħa kbira fil-konfront dirett

(Ritratt: EPA)

Bayern Munich telgħu fil-quċċata tal-Bundesliga meta ġabu fix-xejn lil Borussia Dortmund b’rebħa ta’ 5-0 fl-Allianz Arena f’konfront dirett li jista’ jiddetermina r-rebħ tal-kampjonat.

Mats Hummels fetaħ l-iskor wara 10 minuta meta għeleb lil Roman Burki b’daqqa ta’ ras minn korner. L-iskor sar 2-0 seba’ minuti wara meta Robert Lewandowski ħa vantaġġ minn żball ta’ Dan Axel Zagadou, qabbeż fuq il-ħarġa ta’ Burki u skorja f’lasta vojta.

Bayern Munich għamluhom tlieta fil-41 minuta meta Javi Martinez skorja b’xutt preċiż għar-rokna minn barra l-kaxxa. Iċ-champions Ġermaniżi komplew jattakkaw u żewġ minuti wara wasal ir-raba’ gowl bi kross ta’ Thomas Müller lejn Serge Gnabry li skorja b’daqqa ta’ ras.

It-tim ta’ Niko Kovac ssiġilla r-rebħa fid-89 minuta b’Gnabry isib lil Robert Lewandowski li skorja mill-viċin f’lasta vojta.

Ġermanja – Bundesliga

Ilbieraħ: Mainz v Freiburg 5-0,Illum: B. Leverkusen v Leipzig 2-4, Schalke v E. Frankfurt 1-2, H. Berlin v F. Düsseldorf 1-2, Stuttgart v Nürnberg 1-1, Wolfsburg v Hannover 3-1, B. Munich v B. Dortmund 5-0,Għada: Augsburg v Hoffenheim 3.30pm, B. Monchengladbach v W. Bremen 6.00pm

Klassifika

B. Munich 64 punt, B. Dortmund 63 punt, Leipzig 55 punt, E. Frankfurt 52 punt, B. Mönchengladbach 47 punt, Wolfsburg 45 punt, W. Bremen 42 punt, B. Leverkusen 42 punt, Hoffenheim 41 punt, F. Düsseldorf 37 punt, H. Berlin 35 punt, Mainz 05 33 punt, Freiburg 32 punt, Schalke 04 26 punt, Augsburg 25 punt, Stuttgart 21 punt, Nürnberg 17-il punt, Hannover 96 14-il punt