Lokali

BĦALISSA: 64 immigrant ieħor fi triqithom lejn Malta

Il-bastiment ‘Alan Kurdi’ jinsab fi triqtu lejn Malta wara li fl-aħħar sigħat kien involut fi kwistjoni diplomatika li ħolqot ferment kbir fl-Italja.

Fil-fatt, il-bastiment li kien fl-ibħra Taljani ma tħalliex jidħol fil-portijiet Taljani. L-immigranti min-naħa tagħhom irrifjutaw li jinżlu biss in-nisa bit-tfal. Il-Gvern Taljan kien lest jaċċetthom, iżda dawn ma xtaqux jinfirdu minn mal-qraba tagħhom.

Il-Gvern Malti għadu totalment sieket fuq dan il-każ.

Abbord il-bastiment, hemm mal-64 immigrant li issa jinsabu fi triqthom lejn pajjiżna.

Ilbieraħ, l-Italja evakwat żewġt itfal u l-ommijiet tagħhom minħabba raġunijiet umanitarji.