Gowl uniku skorjat minn Gabriel Jesus wara biss erba’ minuti kien biżżejjed biex ixejjen l-isfida ta’ Brighton and Hove Albion f’Wembley Stadium u jaċċerta lil Manchester City minn post fil-finali tal-FA Cup.
City issa jridu jiffaċċjaw lir-rebbieħ mis-semifinali l-oħra tal-FA Cup bejn Watford u Wolves u b’hekk żammew ħajjin it-tamiet għall-‘quadruple’ – meta rebħu diġà l-Carabao Cup u qed jissieltu biex iżommu t-titlu ta’ Champions fil-Premier League. Fl-istess ħin, Man City għandhom għajnejhom fuq iċ-Champions League meta jinsabu mal-aħħar tmienja fl-ogħla kompetizzjoni Ewropea.
Għalkemm Man City ma kinux fil-vena tas-soltu f’Wembley, huma approfittaw mill-ftuħ indeċiż ta’ Brighton, b’Gabriel Jesus jidħol għall-kross perfett ta’ Kevin de Bruyne biex isib ix-xibka bir-ras.
Minn dak il-ħin, Brighton ippruvaw minn kollox biex isalvaw ir-riżultat iżda ma setgħux jisfruttaw il-ħinijiet twal ta’ pussess, b’City jagħżlu li jiddefendu r-riżultat u joperaw bil-kontrattakki. L-aktar darba li Brighton marru viċin kien meta meta d-difensur ta’ City, Aymeric Laporte, fit-tieni taqsima, qala’ il-ballun minn taħt il-lasta tiegħu waqt azzjoni perikoluża tal-Bluebirds u meta kien issikkat mill-attakkant avversarju Glenn Murray.
Minn dak il-ħin City irnexxielhom jagħlqu l-ispazji, waqt li l-azzjonijiet perikolużi fuq iż-żewġ lasti baqgħu minimi sas-suffara finali.
//= $special ?>