Lokali

Id-Dwana tikkonfiska 1,705 flixkun tal-alkoħol

Investigazzjoni konġunta bejn l-Uffiċjali tad-Dwana u Spetturi tat-Taxxa wasslet għall-konfiska ta’ 1,684 flixkun tal-inbid u 21 flixkun b’xorb alkoħoliku ieħor. Dan apparti 1,550 bolla tas-sisa mhux użata.

Il-qabda saret minn żewġ stabbilimenti fin-Naxxar u San Ġiljan, proprjetà tal-istess sid li m’għandux ir-rikonoxximent tat-taxxa neċessarja biex iżomm bolol tas-sisa mhux użati u xorb alkoħoliku mingħajr dawn il-bolol.

Saru wkoll tfittxijiet f’żewġ ristoranti fil-Gżira u Paceville, ukoll tal-istess sid, fejn instabu 21 flixkun tal-ispirti bil-kuntrabandu kif ukoll 10 fliexken tal-inbid bil-kuntrabandu.