Lokali

L-istaff u studenti ta’ Stella Maris għada se jwaqqfu rekord nazzjonali

L-edukaturi u l-istudenti tal-Kulleġġ Stella Maris tal-Gżira mistennija jwaqqfu rekord nazzjonal iwaqt l-Open Day li se ssir nhar il-Ħadd.

Dan hekk kif flimkien għamlu l-ikbar figolla, li l-qligħ minnha se jmur b’risq l-iskola tagħhom imma wkoll b’risq Puttinu Cares.

Il-figolla ħadet sigħat ta’ xogħol volontarju waqt il-break u wara l-ħin tal-iskola … dan apparti xejn inqas minn 100 kilo ġamm, 140 kilo icing sugar, 30 litru abjad tal-bajd, 10 kilogrammi icing paste, 400 kilo dqieq, 150 kilo butir, 10 kilogrammi zokkor u 120 lumija u larinġ.

It-tema prinċipali tal-figolla hu l-fundatur Jean Baptiste de La Salle li miet 300 sena ilu fis-7 t’April tal-1719. U biex l-iskola tkompli tibni fuq il-viżjoni tal-inkussività, u biex ħadd mill-istudenti ma jkun eskluż, ma ntużax lewż jew prodotti tal-ġewż iżda ġamm.

Din mhix l-unika attività organizzata mill-iskola li tagħti importanza partikolari lill-perjodu tar-Randan u l-Ġimgħa l-Kbira. Filfatt il-Ġimgħa saret pageant bil-parteċipazzjoni ta’ iktar minn 130 student b’kollaborazzjoni mal-Iskola Sacred Heart.

L-open day fl-iskola tibda mid-9 ta’ filgħodu u kulħadd hu mistieden li jattendi. Mal-ġurnata jkun hemm ukoll diversi logħob u bouncy castle.