Marokkin intbagħat sitt xhur ħabs hekk kif ipprova jsiefer b’karta tal-identità falza.
Il-Marokkin, Marzoq Abdelaziz tressaq il-Qorti l-bieraħ hekk kif prova jidħol Ruma b’karta tal-identità falza. Jidher li l-awtoritajiet Maltin ma ndunawx b’dan kollu u kien biss meta wasal f’ajruport f’Ruma li awtoritajiet Taljani ndunaw.
Abdelaziz kien immigrant li wasal Malta b’dgħajsa filwaqt li bħalissa jinsab fil-proċess tal-għażil. Hu ta żewġ verżjonijiet ta’ fejn jixtieq li jmur hekk kif semma’ kemm il-Belġjum, kif ukoll lura lejn pajjiżu. Huwa konfermat fiż-żgur li hu xtaq jitlaq minn Malta.
Waqt il-prosekuzzjoni li tmexxiet mill-uffiċjali prinċipali tal-immigrazzjoni, l-Ispettur Frankie Sammut, hu wieġeb ħati ta’ dak li għamel.
Il-Maġistrat Rachel Montebello sabitu ħati u ngħata sitt xhur priġunerija.
//= $special ?>