Lokali

Sirjan arrestat f’Malta fuq bażi ta’ Mandat t’Arrest Ewropew

Sirja ta’ 20 sena li kien ilu għall-aħħar jiem osservat mill-Iskwadra tal-Intelliġenza tal-Pulizija ġie arrestat fuq bażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew.

Is-Sirjan ser jitressaq fil-jiem li ġejjin sabiex jibda l-proċess ta’ l-estradizzjoni. Il-Pulizija taddistrett tal-Ħamrun intervenew waqt l-arrest.

Dan kien il-ħames mandat ta’ Arrest Ewropew esegwit ġewwa Malta sa mill-bidu tas-sena.