Għat-tielet sena konsekuttiva f’pajjiżna se jsir Unite with Tomorrowland li din is-sena se jgħaqqad lil Malta, il-Greċja, il-Portugall u Spanja flimkien ma’ Tomorrowland fil-Belġju.
Din is-sena, Unite with Tomorrowland se jerġa’ jkun organizzat minn Events-MT fil-Marsa Sports Ground.
Interessanti li studju li sar fl-2018 sab li 80% ta’ dawk li attendew kienu barranin minn 55 pajjiż differenti, inkluż ammont importanti li ġew apposta għal dan l-ispettaklu.
Biex tkun inċentivata iktar il-parteċipazzjoni tal-Maltin, din is-sena l-organizzaturi qed joffru l-opportunità li residenti Maltin jixtru l-biljetti għal prezz irħas, bejn is-Sibt 6 t’April u l-Ġimgħa 12 t’April.