Lokali

Żagħżugħ jinstab mejjet f’San Ġiljan

Żagħżugħ ta’ 26 sena nstab mejjet ġewwa lukanda żgħira f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ fl-4 ta’ April hekk kif iż-żagħżugħ, li huwa Ġermaniż, instab bla ħajja fuq is-sodda ta’ kamartu. Hu ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei għall-awtopsja.

Bħalissa tinstab għaddejja Inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.

Għal xi raġuni, il-Pulizija ma ħarġitx stqarrija dwar dan il-każ.