Lokali

Adrian Delia jżid il-fiduċja fi stħarriġ tal-MaltaToday

• Il-PN bi 3% 'il bogħod mir-riżultat ta’ ħames snin ilu

Żewġ stħarriġ tal-opinjoni publika ppublikati llum f’The Sunday Times u fil-MaltaToday juru li jekk ma joħorġux jivvotaw dawk kollha li vvotaw għal Partit Nazzjonalsta ħames snin ilu meta saret l-elezzjoni għall-MEPs, il-Partit Soċjalista għandu ċ-ċans li jerbaħ r-raba’ siġġu fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropea.

L-istħarriġ ta’ The Sunday Times juri li waqt li 77% ta’ dawk li vvutaw lill-Partit Soċjalista beħsibhom jerġgħu jivvutawlu fl-elezzjoni ta’ Mejju huma 68% ta’ dawk li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista li qed jgħidu li beħsibhom joħorġu jivvotaw din id-darba. B’hekk, il-partit Soċjalista jirbaħ ir-raba’ siġġu biss jekk ma joħorġux jivvotaw dawk kollha li jappoġġjaw lill-Partit Nazzjonalista.

Skont l-istħarriġ tat-Times il-Partit Nazzjonalista qiegħed tlett punti perċentwali bogħod milli jikseb l-istess riżultat li kiseb fl-aħħar elezzjoni tal-MEPs.

Sadattant, skont l-istħarriġ tal-MaltaToday iż-żewġ partiti l-kbar naqqsu l-appoġġ waqt li l-partiti ż-żgħar baqgħu ma rreġistraw l-ebda appoġġ sinifikanti. Fejn jidħlu l-mexxejja, il-Prim Ministru Joseph Muscat naqqas b’5 punti perċentwali waqt li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia żied il-fiduċja qalb in-nies bi kważi 6 punti perċentwali fuq l-aħħar stħarriġ. 

Iż-żewġ stħarriġ juru biċ-ċar li fost l-affarijet li l-iżjed qed jinkwetaw n-nies hemm l-imigrazzjoni, t-traffiku, il-bini bla rażan u l-korruzzjoni.