Waqt l-attivita’ politika li saret il-Ħadd fin-Nadur tkellmu wkoll il-kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u David Stellini kif ukoll is-Sindku tan-Nadur Edward Said.

Edward Said stqarr li minkejja li erba’ snin ilu, il-Gvern Laburista kien għamel u wiegħed minn kollox għall-lokalita’ tan-Nadur, in-nies m’emmnuhx u reġgħu taw il-fiduċja lill-Kandidati tal-PN fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali.
Bħala sindku tan-Nadur, Edward Said ried isarraf il-fiduċja tan-nies f’ħidma billi għaqqad il-kunsilliera kollha, minn kull partit sabiex flimkien ħadmu għall-ġid tal-lokalita’.
Edward Said temm id-diskors tiegħu billi fakkar sabiex fl-elezzjonijiet li ġejjien jingħataw il-fiduċja il-kandidati kollha tal-PN sabiex ikunu jistgħu jkomplu jtejjbu din il-lokalita’
L-MEP Roberta Metsola tkellmet dwar politika qalb in-nies minħabba li tħoss is-sodisfazzjon u l-weġgħat tan-nies għall-kuntrarju ta’ dak li qed jagħmel il-Gvern preżenti li jimxi b’politika tan-numri.
Saħqet kif il-pressjoni biex persuna tlaħħaq mal-ħajja qed tiżdied. Il-kirjiet u l-ispejjeż qed jgħolew filwaqt li l-pagi u l-pensjonijiet mhux qed jiżdiedu bl-istess mod.
Metsola qalet li qed taħdem biex tappoġġja l-fondi tal-UE għal aktar vapuri u flotta aktar moderna f’Għawdex.
Min-naħa tiegħu, David Stellini saħaq kif diversi żgħażagħ qed isibuha diffiċli biex jibnu familja minħabba li l-prezzijiet tal-kiri qed ikomplu jgħolew. Huwa stqarr kif il-PN dejjem ra li l-familja tkun fil-qalba tal-politika tiegħu.
Il-familja żgħar qed ibatu minħabba li għall-kuntrarju tal-pajjiżi fl-Ewropa fejn il-pagi għolew, f’Malta il-pagi għadhom l-istess. Min-naħa l-oħra, Joseph Muscat qed jgħidilna li hawn ħafna ġid fil-pajjiż
Stellini tkellem ukoll dwar il-problema tat-trasport fejn qal li wasal iż-żmien li nibdew naħsbu f’metro speċjalment f’Malta sabiex minflok inqattgħu aktar ħin fit-traffiku, ikollna iktar ħin ma dawk għeżież għalina.
//= $special ?>