Lokali

Joseph Muscat mhux kredibbli meta jgħid li jinteressah fl-affarijiet li jħossu n-nies

Joseph Muscat mhux kredibbli meta jgħid li jinteressah ‘fl-affarijiet li jħossu n-nies fil-ħajja tagħhom ta kuljum’. Il-Gvern Soċjalista rema’ totalment l-impenn soċjali u mhux qed jindirizza d-diffikultajiet tal-familji li mhux ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja u l-anzjani li mhux jaslu sal-aħħar tax-xahar bil-pensjoni tagħhom.

Dan joħroġ biċ-ċar ukoll fir-riżultat ta’ stħarriġ pubbliku fejn l-ammont tal-Maltin u l-Għawdxin li mhux ilaħħqu maż-żidiet fil-prezzijiet u l-għoli tal-ħajja issa tela għal 25%.

Għax m’għandux pjan fit-tul, l-unika soluzzjoni ta’ Joseph Muscat hija li jibqa’ jġib aktar ħaddiema barranin bil-konsegwenza li l-ħaddiema Maltin qed jispiċċaw f’morsa doppja biċ-cheap labour li qed jgħolli rasu u l-prezzijiet tal-ikel u l-affarijiet essenzjali qegħdin dejjem jiżdiedu.