Lokali

L-akbar problema tan-nies hi l-għoli tal-ħajja

Mill-istħarriġ ta’ The Sunday Times jirriżulta li l-akbar problema personali li qed jiffaċċaw in-nies hi t-tnaqqis drastiku fil-finanzi tagħhom. The Sunday Times tgħid li dawk li qed jammenttu li mhux ilaħqu mal-għoli tal-ħajja u li l-pensjoni mhix biżżejjed għalihom żdiedu b’11% f’dawn l-aħħar sentejn. Stħarriġ li sar fl-2017 kien jgħid li 14% mhux ilaħqu mal-ħajja. Issa dak l-ammont tela għal 25%.

Wara l-għoli tal-ħajja l-iżjed ħaġa li qed tinkwieta lin-nies fuq bażi personali huwa t-traffiku fejn kienu 17% li semmewh.

Fuq skala nazzjonali hija l-imigrazzjoni l-iżjed ħaġa li qed tinkwieta lin-nies waqt li t-traffiku jerġa jissemma fit-tieni post.  Signifikanti hu l-fatt li l-issues kollha li qed tqajjem l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed jissemmew min-nies f’dan l-istħarriġ. Fost dawn hemm it-tkabbir tal-popolazzjoni, il-korruzzjoni, l-għoli tal-ħajja, il-prezz tal-propjeta, l-abort u l-ambjent.