Lokali

Mara ssofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet il-baħar

Mara Serba ta’ 46 sena sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħet il-baħar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq Isouard, San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-mara residenti l-Mellieħa sofriet xi ġrieħi wara li għal xi raġuni waqgħet il-baħar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.