Bi tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa, il-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan għal sena oħra għandu ħabbar li ser ikun qed jerġa’ jippreżenta l-programm Riflessi.
Dan ser ikun programm ta’ riflessjonijiet u mużika għal dan iż-żmien tas-sena. Bi preżentazzjoni ta’ Saviour Bianchi u animazzjoni ta’ Joe Pace, kollox ser jittella’ fil-każin jibda fis-7.15 ta’ filgħaxija, nhar l-Erbgħa 10 ta’ April.
Id-dħul ser ikun bla ħlas u l-pubbliku huwa mħeġġeġ jattendi. Matul din il-ġimgħa wkoll fil-Każin ser ikunu qed isiru l-Eżerċizzi Spiritwali, u l-Ħamis 11 ta’ April ser tiġi ċelebrata quddiesa bi preparazzjoni għal Festa ta’ Marija Addolorata.



