Lokali

Raġel maqtul, tnejn feruti waqt sparatura f’Birżebbugia

Lassibe Soulaymane, immigrant ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Avorju R inqatel u tnejn oħra sfaw midruba waqt sparatura li seħħet f’Birżebbugia. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li nstemgħu xi tiri sparati fi Triq il-Ġebel għall-ħabta tal-11p.m. Hekk kif marru fuq il-post, il-pulizija sabu raġel ferut. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vittma nqatel permezz ta’ tir ta’ arma tan-nar f’rasu.

Sadanittant, il-Pulizija sabet raġel ieħor ferut fl-istess triq. Ir-raġel, ta’ 45 sena imwieled fil-Georgia, ukoll kien qed isofri xi ġrieħi u ttieħed għall-kura lejn l-Isptar Mater Dei

Waqt l-istess investigazzjoni kien innutat it-tielet raġel li kien mixħut mal-art b’ħafna dmija madwaru. Dan ir-raġel, li wkoll mhux identifikat imma x’aktarx hu ta’ nazzjonalita’ barranija, kien ċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello kienet infurmata bil-każ u ħatret numru ta’ esperti biex jassistuha fl-inkjesta. Il-pulizija qed tittratta l-każ bħala wieħed ta’ omiċidju.