Anzjana ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li belgħat xi duħħan li żviluppa minn ċilindru tal-gass wara li dan ħa n-nar f’Birżebbuġa.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li ċilindru ħa n-nar fi Triq San Ġużepp f’Birżebbuġa għall-ħabta tas-6.30pm. Membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll numru ta’ ambulanzi u paramediċi marru minnufih fuq il-post wara li ċilindru tal-gass ħa n-nar.
Il-kundizzjoni tal-vittma għadha mhux magħrufa.