Futbol Sport

Bologna jinqalgħu mill-aħħar tlieta tas-Serie A

(Ritratt: EPA)

Bologna kisbu rebħa importanti b’rebħa ta’ 3-0 fuq Chievo fi Stadio Renato Dall’Ara. B’din ir-rebħa huma telgħu żewġ punti fuq Empoli b’seba’ logħbiet għat-tmiem, b’Chievo huma prattikament relegati.

Bologna ħasbu li kellhom il-bidu li xtaqu wara disa’ minuti. Riccardo Orsolini rċieva ballun intelliġenti u qabbeż fuq Stefano Sorrentino, Fabio Depaoli biegħed il-ballun qabel daħal fix-xibka iżda ħabat mal-mimduda, b’Orsolini jiskorja f’lasta vojta. Iżda wara konsultazzjoni mal-VAR, Luca Pairetto ħassar il-gowl għal offside.

Bologna fetħu l-iskor fil-65 minuta meta ngħataw penalty għal fawl fuq Roberto Soriano fil-kaxxa. Mill-11-il metru ERICK PULGAR għeleb lil Stefano Sorrentino.

Huma rduppjaw tliet minuti meta r-referee Luca Pairetto ordna t-tieni penalty għal fawl fil-kaxxa ta’ Mattia Bani fuq Nicola Sansone. Reġa’ nkariga ruħu ERICK PULGAR li din id-darba biddel id-direzzjoni u għeleb lil Sorrentino.

It-tim ta’ Mihajlovic issiġilla r-rebħa fid-89 minuta b’Sansone jqassam fuq ix-xellug lejn MITCHELL DIJKS li għadda l-ballun bejn Sorrentino u l-wieqfa.

Tags