Il-Ministru Chris Fearne ma wieġeb għall-ebda mistoqsija ta’ Net News dwar il-kontroversja li ħolqot id-Direttiva biex jitneħħew is-simboli reliġjużi miċ-Ċentri tas-Saħħa kollha – storja li ġiet żvelata minn NETnews.com.mt u li ħolqot furur sħiħ f’Kastilja.
Lill-Ministru tas-Saħħa staqsejnieh min se jerfa’ r-responsabbiltà għal din id-deċiżjoni, iżda qalilna biss li għaddejja investigazzjoni.
Staqsejna wkoll jekk kinitx deċiżjoni tan-Nursing Manager li bagħtet l-ordni, imma ma weġibx, bħalma ma weġibx ukoll x’jirrispondi għall-akkużi li l-Ministeru kien qed jittestja x’se tkun ir-reazzjoni tan-nies.