Lokali

Ġurija u disinjaturi Internazzjonali għall-finali ta’ Akila – Illejla fit-20:15

Illejla fit-20:15 fuq Net Television fl-Arena ta’ Montekristo se tittella l-Gran Gala Final tal-programm Akila. Dan il-programm l-ewwel wieħed tal-istil tiegħu li kien imtella għal dawn l-aħħar tliet xhur fuq NET TV mill-mudelli f’show ta’ realta, issa wasal għall-finali fejn illejla se jsir magħruf ir-rebbieħ jew rebbieħa.

Dan ix-show ġibed l-attenzjoni tal-industrija tal-moda fil-Ġermanja u diversi minn madwar l-Ewropa. Il-blogger u stilista mill-Maċedonja Denis Aljush se jkun wieħed mill-membri tal-ġurija.

L-istess finali se joffri żewġ sfilati Internazzjonali minn stilisti distinti mill-Ġermanja, Marco Marcu li hu rebbieħ tad-designer of the Year f’Londra u Tam Urbanek bil-kollezzjonijiet ġodda tagħhom. Ix-show se jkunu qed isegwuha minn fuq Youtube, aġenti tal-immudellar Ġermaniżi fejn diġa wrew interess biex jieħdu xi mudella jew mudell mill-finalisti ta’ Akila fejn jistgħu anke joffrulha xi kuntratt.

Fis-serata se jipparteċipaw ukoll diversi kantanti, fosthom hemm Destiny, Sebastian u Nicole Frendo.

Dan ix-xshow illejla se jixxandar mit-20:15 fuq Net Television u l-aqwa siltiet mir-Red Carpet ser jixxandru waqt il-programm Net Live fis-19:10.

Il-membri tal-ġurija – JOhn Busuttil, Maria Cutajar u
Denis Aljush

Id-disinjattriċi Tam Urbanek

Id-disinjatur Marco Marcu li hu rebbieħ tad-designer of the Year f’Londra