Futbol Sport

Hazard jispikka fir-rebħa ta’ Chelsea fuq West Ham

(Ritratt: EPA

Gowl ta’ Eden Hazard f’kull taqsima taw rebħa lil Chelsea fuq West Ham fi Stamford Bridge li biha telgħu fit-tielet post fil-klassifika. Ir-rebħa għal Chelsea kienet meritata hekk kif ikkontrollaw il-logħba kważi mill-bidu sal-aħħar u kellhom diversi okkażjonijiet ta’ skor.

Hazard fetaħ l-iskor fl-24 minuta meta rċieva ballun minn pożizzjoni ċentrali mid-distanza u b’azzjoni personali għadda minn ġo nofs id-difensuri ta’ West Ham u għeleb lil Lukasz Fabianski b’xutt fil-baxx għar-rokna mill-kaxxa.

Chelsea naqsu li jagħlqu l-logħba u saħansitra issugraw li jsofru l-gowl tad-draw b’daqqa ta’ ras ta’ Marko Arnautovic fit-82 minuta. Kien fid-90 minuta li t-tim ta’ Sarri għalaq il-logħba. Kien passaġġ intelliġenti ta’ Ross Barkley lejn l-iżmarkat Eden Hazard, li kkontrolla l-ballun u għeleb lil Fabianski b’xutt djagonali fil-baxx.

Tags