Iċ-ċirkolari mid-Dipartiment tal-Kura Primarja sabiex jitneħħew is-simboli reliġjużi miċ-Ċentri tas-Saħħa kienet ilha fis-seħħ ftit aktar minn 24 siegħa. U kien biss wara li inkixef minn Net News illi l-Ministru Chris Fearne daqq l-irtirata fuq din id-direttiva maħruġa mill-Ministeru tiegħu stess.
Iċ-ċirkolari kontroversjali ħarġet is-Sibt fil-11:49am. Kif hemm miktub fl-email, li Net News kiseb kopja tagħha, id-direttiva daħlet fis-seħħ b’mod immedjat.
Dan ifisser li l-Ministeru tas-Saħħa tal-anqas kien ilu jaf zgur b’din il-manuvra mis-Sibt.
Nies mill-qalba tad-Dipartiment tas-Saħħa stqarrew ma’ dan is-sit illi “huwa impossibbli li Fearne ma kienx infurmat b’din id-deċiżjoni”.
Ir-rabja għal Chris Fearne tant kienet kbira li fil-paniku qabad u waqqa’ mal-ewwel din iċ-ċirkolari.
Din il-mossa tal-Gvern inħmiet minħabba l-ammont enormi ta’ barranin li qed jiddaħħlu f’pajjiżna, u li qed jagħmlu talbiet ripetuti fuq Kastilja minħabba li jħaddnu twemmin differenti.
//= $special ?>