Qorti Franċiża ddeċidiet li l-eks kowċ Franċiż Guy Noves għandu jieħu €1 miljun f’kumpens talli tneħħa għal raġunijiet ħżiena mill-federazzjoni Franċiża tar-Rugby.
Il-Federazzjoni kienet allegat li Noves kien ħati ta’ nuqqas ta’ kondotta serje, iżda tribunal tax-xogħol ddeċieda bil-kontra. Noves qed jitlob kumpens ta’ €2.8 miljun, biż-żewġ partijiet għandhom id-dritt li jappellaw.
Noves kien tkeċċa mill-FFR f’Diċembru tal-2017 wara li rebaħ sebgħa mill-21 logħba fit-tmexxija tat-tim, filwaqt li l-kuntratt kien se jiskadi fi tmiem tat-Tazza tad-Dinja fil-Ġappun li se ssir din is-sena. Is-sostitut tiegħu kien Jacques Brunel li naqas li jikseb riżultati aħjar.
//= $special ?>