L-esperti tal-fiżika medika issa huma rikonoxxuti bħala professjonisti speċjalizzati f’kategorija għalihom hekk kif ħidma tal-UĦM Voice of the Workers’ wasslet biex ikun iffirmat ftehim kollettiv speċifikament għalihom.
“Illum għandhom klassi li jappartjenu għaliha, spejga Josef Vella, Segretarju Ġenerali tal-UĦM Voice of the Workers, f’kummenti lil dan is-sit. Kompla li “meta jkollok klassi jfisser li jkollok struttura u ċans li tipprogressa fil-karriera.”
Professjonisti mediċi bħal dawn huma vitali għaliex l-esperti tal-fiżika medika huma xjentisti speċifiċi li jassiguraw l-użu effettiv, sigur u effiċjanti tal-apparat mediku u li kemm jista’ jkun jitnaqqas ir-riskju minn radjazzjoni.
Dan il-ftehim hu importanti għaliex professjonisti mediċibħal dawn ikunu qattgħu snin twal jistudjaw biex jispeċjalizzaw sa dan il-livell.
“Hawn qed nimmotivaw lil dawn il-ħaddiema billi ntuhom struttura biex huma jkunu jistgħu jimirħu u jsibu l-milja tagħhom bħala professjonisti,” iddikjara Josef Vella, li esprima ruħu sodisfatt li “l-UĦM Voice of the Workers tat lil din il-klabbs l-perkors biex tkun tista’ tkompli tiżviluppa.