Ewropa Lokali

Il-vapur Alan Kurdi jkompli bir-rotta lejn Malta; il-Gvern Malti sieket

Fl-aħħar minuti, il-bastiment Alan Kudri tal-organizzazjoni Sea Eye reġa’ beda jbaħħar fid-direzzjoni ta’ Malta. Dan wara li l-Italja fi tmiem il-ġimgħa irrifjutat li l-vapur jidħol Lampedusa.

Abbord l-Alan Kudri hemm 64 immigrant. Bħalissa, il-vapur jinsab fir-rotta lejn il-kosta tax-xlokk ta’ Malta b’veloċita’ kostanti.

Il-lejl li għadda l-vapur kien prattikament wieqaf ‘il barra minn pajjiżna.

Dan il-każ żviluppa wara li ftit tal-jiem ilu l-Gvern kien daħħal il-108 immigranti li nġabru mit-tanker Elhiblu 1 madwar 6 mili ‘il barra mill-kosta Libjana. Dawn kienu ħarġu għalihom l-AFM, u daħħluhom f’pajjiżna wara kontroversja sħiħa li nqalgħet meta ħasbu li l-bastiment kien maħtuf.