Lokali

Isem il-vittma tal-isparatura f’Ħal Far imnaqqax fil-post fejn inqatel

Permezz ta’ post fuq Facebook il-grupp Ħal Far Outreach qal li jinsab fil-ħsieb u fit-talb viċin il-komunità u l-familja ta’ Lassana Cisse, li kien maqtul is-Sibt li għadda fil-limiti ta’ Ħal Far

Fl-istqarrija ntqal li allegatament qed jiġi suspettat li l-mottiv wara dan il-qtil kien dak tar-razziżmu.

Huma qalu li jinsabu flimkien mal-komunità u kif ukoll jikkundannaw kull forma ta’ mibegħda, ksenofobija, razziżmu u diskriminazzjoni.