Lokali Parlament

Konrad Mizzi jammetti li l-Airmalta għandha dejn mal-Enemed, u ma’ ħaddieħor, imma ma qalx kemm

Il-qliegħ li għamlet l-linja nazzjonali tal-ajru ta’ ftit aktar minn miljun ewro sar biss mill-bejgħ ta’ biljetti tal-ajru, madankollu hija għad għandha dejn mal-Enemed ma’ dak li għadu x’jaqsam il-“fuel”.

Dan ħareġ meta l-Ministru Konrad Mizzi kien qed iwieġeb domanda fuq il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta mid-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar, fejn dan staqsieh jekk hux minnu li l-Air Malta għandha mal-20 miljun ewro dejn mal-kumpanija Enemed.

Fit- tweġiba tiegħu l-Ministru Mizzi innega li d-dejn ilaħħaq ma’ dan l-ammont, imma ma qalx kemm, kull ma qal kien biss li l-Air Malta qed tħallas id-dejn fil-ħin.

Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus fuq domanda simili dwar jekk hux minnu li l-Air Malta mill-anqas, għandhiex mal-10 darbiet aktar dejn milli għamlet qliegħ, il-Ministru għal darba oħra ma weġibx, imma qal li mhux biss mal-Enemed, il-pagamenti qegħdin jitħallsu fil-ħin, imma anke ma’ kredituri oħra, li jfisser li l-linja tal-ajru Maltija għandha djun oħra pendenti.