Ekonomija Lokali Turiżmu

Kull turist li ġie pajjiżna fi Frar nefaq anqas

Ċifri maħruġa mill-NSO juru li fi Frar li għadda waslu Malta ftit aktar minn 125,000 turist. Meta mqabbel mal-istess xahar ta’ sena ilu, l-istatistika turi li kien hemm tnaqqis fit-turisti ġejjin mill-Ġermanja u l-Italja, filwaqt li żdiedu t-turisti minn Franza. Il-wasliet mir-Renju Unit baqgħu fl-istess ilma.

Fatt interessanti li joħroġ miċ-ċifri tal-NSO jitratta n-nefqa tal-istess turisti. Fi Frar 2019, in-nefqa tat-turisti f’Malta naqset bi 2.8 fil-mija.