Long live the Queen – nhar il-Gimgha 17 ta’ Mejju
Għaxaq Music Events ser jippreżentaw show bl-isem ta’ Long Live the Queen imtella’ mill-grupp Break Free, tribute band li hija meqjusa bhala waħda mill-aħjar fl-Ewopa għal mużika tal-grupp leġġendarju Queen. Dan kollu se jsir fil-grounds ta’ Ħal Għaxaq li huma sinonimi ma’ kunċerti kbar li saru matul is-snin, ewlenin fosthom il-kunċert tal-grupp Modern Talking u tal-Winter Moods.
Dan l-ispettaklu ser joffri esperjenza mill-aqwa fejn se tigi krejata l-atmosfera famuża tal-kunċerti kolossali li kienu jtellghu il-Grupp Queen. L-ispettaklu ta dawl u sound ser ikun qieghed jikkumplimenta dan kollu biex verament ikollna spettaklu mill-aqwa. L-esperjenza internazzjonali ta’ dan il-grupp qegħda twassal biex ikun milqugħ b’entużjażmu kbir mill-pajjiżi kollha fejn tellgħu il-kunċerti tagħhom fosthom r-Renju Unit, Spanja, l-Italja, Ġermanja u Franza.
Il-kantant tal-grupp huwa meqjus min bosta bhala wiehed mill-iktar li jqarreb il-vuci tal-legenda Freddie Mercury. L-ispettaklu live li joffri huwa xhieda ta dan. Hu studja metikozolament l-imgieba ta Freddiie Mercury meta jkun fuq il-palk u t-timbru tal- vuci tieghu jaghmluh uniku biex joffri spettaklu simili hafna ghal-dak li kulhadd jiftakar lil Freddie Mercury ghalih.
Wara s-Suċċess tal-film Bohemina Rhapsody li kien jitratta il-ħajja tal-leġġenda Freddie Mercury, dan il-kuncert zgur ser igib memorji mill-isbaħ lil dawk kollha li jkobbu il-muzika tal-Queen. F’dan il-kuncert ser jindaqqu l-aktar diski li għamlu Suċċess mill-grupp Queen fosthom The Show must Go on, Bohemian Rhapsody, We are the Champions, We will rock you u Love of my Life.
Il-Kunċert ta muzika live ser jibda fit-8pm fejn ser ikun hem il-gruppi Vinyl Pardaise u Airport Impression li ser jaghtu bidu ghal da nil-kuncert mistenni fil-bidu tas-sjaf Malti. Pierre Cordina ser ikun qieghed jipprezenta il-kuncert. L-organizzaturi ser jiehdu hsieb jorganizzaw ukoll Parking areas ghal dawk kollha li jattendu.
Id-dħul ghal dan-kuncert huwa mingħajr hlas u dawk kollha li ha jattendu ser ikunu mitluba jagħmlu donazzjoni b’risq Dar Bjorn
Dawk kollha li jixtiequ informazzjoni dwar dak kollu li ser ikun qed jiġri f’Ħal Għaxaq nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju huma mistiedna iżur il-paġna facebook Għaxaq Music Events.
//= $special ?>