Sport Sport Ieħor

Muguruza tiddefendi l-Open ta’ Monterrey b’suċċess

(Ritratt: EPA)

Garbine Muguruza rebħet l-Open ta’ Monterrey wara li Victoria Azarenka kienet sfurzata tirtira minħabba li weġġgħet saqajha. Dan hu l-ewwel titlu ta’ Muguruza minn meta rebħet fil-Messiku s-sena l-oħra.

Azarenka lagħbet l-aħħar finali f’April tal-2016 meta f’ġimagħtejn rebħet kemm l-Indian Wells kif ukoll f’Miami, qabel ħabbret li kienet tqila u welldet f’Diċembru tal-istess sena. Hi rritornat fl-isport fis-sajf tal-2017 iżda kienet tinsab f’battalja legali ma’ missier it-tifel tagħha, kwistjoni li ħalliet impatt fuq il-logħob tagħha.

Hi kellha bżonn time-out mediku wara li tilfet l-ewwel set biex ikollha trattament fil-pexxun tal-lemin. Azarenka li għandha 29 sena, kompliet tilgħab iżda kienet kostretta tirtira meta kienet tinsab 6-1, 3-1.