Sport Sport Ieħor

Neil Robertson jirbaħ l-Open taċ-Ċina

Neil Robertson iddomina lil Jack Lisowski u rebaħ 11-4 fil-finali tal-Open taċ-Ċina biex kiseb it-tielet titlu tal-istaġun. L-Awstraljan rebaħ l-ewwel żewġ frames tas-sessjoni finali, bi break ta’ 91 biex ħa vantaġġ ta’ 10-2. Lisowski ssielet u rebaħ iż-żewġ frames sussegwenti, b’Robertson jagħlaq il-logħba bi break ta’ 79 fil-15-il frame. Dan kien is-16-il titlu rankings fil-karriera tiegħu.

Roberston rebaħ it-titlu f’Beijing għat-tieni darba fil-karriera, wara r-rebħa fl-2013. Robertson, rebbieħ tal-Kampjonat tad-Dinja fl-2010, wasal sal-finali tal-erba’ tournaments li kkompeta fihom. Hu rebaħ l-Open ta’ Wales kontra Stuart Bingham fi Frar qabel tilef il-finali tal-Players Championship u t-Tour Championship kontra Ronnie O’Sullivan f’Marzu.

Robertson rebaħ premju ta’ €261,000 f’Beijing u tella t-total ta’ rebħ f’dawn l-erba’ tournaments għal kważi €470,000. Hu ngħaqad ma’ Ronnie O’Sullivan bħala l-uniċi plejers li kisbu aktar minn miljun sterlina fi staġun wieħed.

B’hekk l-Awstraljan ta’ 37 sena hu wieħed mill-favoroti li jirbaħ il-Kampjonat tad-Dinja flimkien ma’ Ronnie O’Sullivan u Judd Trump. Il-Kampjonat tad-Dinja f’Sheffield jibda fl-20 ta’ April.

Tags