Lokali Parlament

Pajjiżna ma jagħtiex importanza xierqa lis-suġġett tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni

Abozz li ma joffriex soluzzjonijiet komprensivi. Dawn se jkunu emendi li se jtawwlu l-proċess peress li ħafna mis-saħħa se tibqa’ f’idejn il-Qrati. Jissemmew sentenzi mill-Qrati u s-soluzzjoni trid tkun aktar iffokata. B’emendi li jsiru rridu nkunu ċeru li ma nnaqqsu l-ebda dritt tal-individwu, anzi għandna nippruvaw inżiduhom. Hemm bżonn li pajjiżna jagħti aktar importanza xierqa lis-suġġett tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni.

Meta kien qed jitkellem fuq l-Abozz 80 fuq il-leġiżlazzjoni tal-Kompetizzjoni u l-Konsumatur id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li dan imiss żewġ oqsma mportanti li forsi f’pajjiżna ma nagħthomx importanza kif jingħataw mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Dawn huma mportanti jekk irridu nsaħħu l-fiduċja fil-konsumaturi, li huma l-poplu kollu. Irridu nassiguraw li f’pajjiżna l-liġi tal-kompetizzjoni ma tkunx biss fuq il-karta u ma titħaddimx kif suppost. Wieħed jispera li l-fiduċja tal-konsumatur tissaħħaħ biex igawdi kulħadd.

Tkellem dwar Emendi għall-Awtorita’ li dak iż-żmien meta kien hu Segretarju Parlamentari kien intervjiena biex ikollna Awtorita’ li tħalli effett pożittiv fuq il-kwalita’ tal-ħajja taċ-ċittadini. Dak iż-żmien kienu sar laqgħat ma’ diversi oqsma u kienet ġiet approvata b’mod unanimu fil-Parlament.

Kien ingħata l-poter biex dawn l-oqsma jimxu ‘l quddiem għax il-Kummissjoni Ewropea kienet kemm il-darba tiġbdilna saqajna biex l-affarijiet isiru aħjar. Qal li kif għaddiet il-liġi bdiet taħdem l-Awtorita’.

Wara kien hemm kawża li sabet li l-mod kif kienu qegħdin jiġu mposti ċertu affarijiet anke jekk l-Artiklu 6 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ma kienx qed jinkiser. Meta jidħlu fis-seħħ dawn l-Emendi jkunu għaddew tliet snin minn sentenza tal-Qorti Kostituzzjoni li sabet nuqqas, u għalhekk ċertu deċiżjonijiet ma setgħux jittieħu, imma l-Gvern kaxkar saqajh u minn dak iż-żmien ‘l hawn l-abbuż baqa’ sejjer.

Hemm bżonn li nkunu kuraġġjużi li jekk ikun hemm sentenza Kostituzzjonali u l-Parlament ma jkunx iċċaqqlaq, allura dik il-klawsola tiġi nulla. Hawn qed naraw perjodu ta’ tliet snin f’qasam importanti, għax kellna Awtorita’ li fi tliet snin ma setgħetx tagħmel xogħolha sew fil-qasam tal-konsumatur.

Il-Gvern ma tantx imbotta biex ikun hemm konsultazzjoni wiesgħa, fuq dawn l-emendi fejn ħamsa biss ipparteċipaw f’din il-konsultazzjoni, ftit f’liġi ta’ dan it-tip, f’Parlamenti oħra żgur li m jiġrix. Meta kien qed jikkwota dokument, tnejn minn dawn il-ħamsa, tnejn minnhom kienu assoċjazzjonijiet barranin.

Il-kelliem qal li mhux qed jitfa’ t-tort fuq il-Gvern, imma dan seta’ mbotta aktar. Qal li s-Segretarju Parlamentari fl-introduzzjoni ta’ din il-liġi, qal li feedback kien tajjeb, imma l-bieraħ l-Għaqda tal-Konsumaturi f’pajjiżna ħarġet stqarrija, fejn qalet li l-Qrati f’dawn id-deċiżjonijiet huma, huma li jintepretaw kif isiru l-affarijiet.

Din l-Għaqda tal-Konsumaturi temmen li l-aktar miżuri effettivi biex anke jekk mhux Qrati, Awtoritajiet Pubbliċi jkunu jistgħu jieħdu passi effettivi f’waqthom. Qalet li dan jista’ jsir billi l-infurzar isir f’każ ta’ fejn isir appell meta jiġi mitmum il-każ fil-Qorti.

L-istess Għaqda qalet li jekk ma jsirx it-tibdil meħtieġ fil-Kostituzzjoni l-piż se jintefa’ quddiem il-Qrati, li jfisser aktaw dewmien b’abbuż. Dan l-Abbozz se jkun iġib id-drttijiet tal-konsumaturi u n-negozjanti, lil din l-Awtorita se ġġibha bla saħħa u mingħajr effett. Dawn fid-dawl meta minħabba ċ-ċokon tagħna m’hawnx kompetizzjoni biżżejjed.

Dan id-dewmien se jkollu effett fuq Malta meta tkun qed tħajjar kumpaniji biex jiġu hawn. L-istess Għaqda tinnota li dan l-Abozz ivarja sew minn dak li kien qed jiġi miftiehem fis-sajf li għadda u għalhekk issa sejjer kollox jispiċċa kollox. L-Għaqda qed tgħid li hija riedet numru ta’ tibdiliet imma ġiet injorata.

Hemm bżonn li l-media tagħna tibda tagħti aktar nformazzjoni fuq il-konsumaturi. Il-punt li ħareġ hu li l-emendi huma differenti minn dawk proposti. L-emendi żgur li ma ħarġux fid-diskussjonijiet, u hemm bżonn li l-Gvern jgħidilna minn fejn ġew dawn il-pożizzjonijiet, jekk mhux waħda li bidel hu totalment min għajru.

Il-proposti fl-abbozz imorru ferm oltre biex jissodisfa dak li ddeċidiet il-Qorti Kostituzzjonali għax il-fatt li ġie propost biex compliance order trid tidħol il-Qorti fiha, din ma hemm l-ebda multa amministrattiva, allura wieħed jistaqsi, għaliex wieħed irid imur il-Qorti.

Mhux Awtorita b’saħħitha li tagħmel tliet snin impotenti qal Chris Said. Tenna li mhux sew li l-Qorti tal-Kummerċ se tieħu fuq spallejha wkoll xogħol tat-Tribunal. Meta tiġbor kollox l-abbozz se joħloq preċedent, wara deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali, biex se jkollu jkun il-Parlament li finalment isib is-soluzzjonijiet.