Lokali

Paul Abela konfermat bħala President tal-GRTU

Fl-ewwel laqgħa li saret għal din is-sena mill-Kunsill Eżekuttiv tal-GRTU, Paul Abela kien konfermat bħala President tal-unjoni.

Warajh, il-Kunsill eletta sitt Viċi Presidenti b’irwoli varji.

Philip Fenech inħatar bħala Viċi President responsabbli mill-policies u l-Istrateġija, Marcel Mizzi eletta bħala Viċi President dwar il-Finanzi u l-Amministrazzjoni, filwaqt li l-irwol ta’ Viċi President dwar is-Setturi se jkun f’idejn Sergio Camilleri.

Michael Galea se jkun qed jieħu l-irwol ta’ Viċi President dwar id-distretti u l-lokalitajiet, Joseph Zerafa nħatar bħala Viċi President dwar l-Relazzjonijiet Internazzjonali, filwaqt li l-aħħar Viċi President maħtur huwa Noel Gauci li se jkun responsabbli mit-tħariġ u l-iżvilupp.