Lokali

Studju dwar iż-żona tas-Salib tal-Għolja

Fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali tas-Siggiewi u b’koperazzjoni shiha mal-Arcidjocesi ta’ Malta, sar rapport tekniku fuq iz-zona tas-Salib tal-Gholja fejn hemm l-kappella tal-Lunzjata u s-salib maghruf bhala Laferla Cross.

Dan l-istudju b’investiment ta’ €5,000 se jkun ko-finanzjat bejn l-Kurja u l-Kunsill Lokali. Ir-rapport sar mill-geo-technical engineer, Adrian Mifsud.

Is-Sindku tas-Siggiewi, Alessia Psaila Zammit, kellmitna dwar dan r-rapport u l-hidma tal-Kunsill Lokali.

L-Erbgha 10 ‘April fis-6pm se ssir laqgha nformattiva u prezentazzjoni dwar dan r-rapport fil-Kunsill Lokali tas-Siggiewi. Din hija miftuha ghall-pubbliku kollu u se tinkludi wkoll informazzjoni nteressanti dwar l-wirt storiku tas-sit.

Bhalissa, il-Kunsill Lokali u l-ghaqdiet Siggiwin ikunu mpenjati hafna bil-preparazzjoni tal-Mixeghla tas-Salib tal-Gholja. Minbarra l-Mixeghla tal-Gholja, l-ghaqdiet Siggiwin jorganizzaw ukoll, flimkien mal-Kunsill Lokali, il-Mixeghla bil-Fjakkoli fi Pjazza San Nikola, li ssir f’Hamis ix-Xirka.