Tħabbret il-mewt tal-Avukat Joseph Sapiano li fis-snin sittin (1966) kien ikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista fuq it-tielet distrett. Sapiano kien l-ewwel kandidat tal-Partit Nazzjonalista li kien minn Ħal Luqa kif ukoll kien residenti f’din il-lokalità.
Fis-snin sittin Sapiano ma kienx ikkontesta l-by election sabiex ikun jista’ jieħu postu fil-Parlament l-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami. Aktar tard huwa kien direttur tar-Reġistru Pubbliku u nħatar bħala l-ewwel kummissarju speċjali dwar l-atti notarili
Joseph Sapiano kien ukoll membru onorarju ta’ St’Andrews Band Club. Huwa kien miżżewwġ lil Rosalie u kellu żewġt itfal, Marisa u Claude.
L-Avukat Joseph Sapiano se jingħata l-aħħar tislima nhar il-Ħamis fil-Knisja ta’ Sant’Andrija Ħal Luqa fit-15.30.
Il-kamra tal-aħbarijiet ta’ media.link communications tagħti l-kondoljanzi lill-familja Sapiano.
- Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Joseph Sapiano
Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Joseph Sapiano li kien kandidat tal-Partit Nazzjonalista.
Joseph Sapiano kien avukat u fl-1966 kien ikkontesta l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista fuq it-tielet distrett u fis-snin sittin ma kienx ikkontesta l-by election sabiex ikun jista’ jieħu postu fil-Parlament l-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami.
Huwa kien direttur tar-Reġistru Pubbliku u nħatar bħala l-ewwel Kummissarju speċjali dwar l-Atti Notarili. Kien ukoll membru onorarju ta’ St Andrews Band Club.
Il-Partit Nazzjonalista jagħti l-kondoljanzi lil martu, uliedu, l-qraba u l-famija kollha ta’ Joseph Sapiano.
//= $special ?>

