X’se jiggwadanja l-Konsumatur wara ,li tiġi emendata din il-liġi dwar il-Kompetizzjoni Ġusta u l-Konsumatur? Se jħossu aħjar? Bil-Gvern stess, li għandu kartell fuq ċerta prodotti, wieħed jista’ jserraħ rasu. Jekk il-każijiet kienu minimi qabel, quddiem il-Qorti se jibqgħu l-istess?
Qegħdin inressqu liġi biżżejjed b’saħħitha kontra xi ħadd li ma jridx li xi ħadd ikun irid jibqa’ dominanti? Imbagħad x’se jagħmel fil-Qorti? Għax fil-proċedura legali ħafna jafu kien jippruvaw iwaqqfu kawża jew itawwlu l-kawża. Is-suq ħieles f’dan il-pajjiż se jkollna poplu jgawdi minnu?
Se jkollna suq ħieles ta vera? Se nżidu l-ispejjeż għal konsumatur tagħna jew għal min qied fin-negozju? Se tinħoloq aktar burokrazija? Dawn kienu l-għexiren ta’ domandi li staqsa Edwin Vassallo, mera kien qed jitkellem fuq l-emendi proposti għal Abbozz 80 dwar il-Konsumatur u l-Kompetizzjoni ġusta.
Huwa qal li dan id-dibattitu mhux wieħed ta’ min għandu raġun, jekk hux ta’ Gvern jew l-Oppożizzjoni. Sostna li m’aħniex fil-kunċett li qed niddiskutu l-ideal, imma naraw minn fejn tlaqna. Vera li l-Gvern ħa tliet snin biex jiċċaqqlaq u dan huwa fatt. Huwa fatt ukoll li l-Gvern huwa kompetent ewlieni fis-suq, suppost li qed iwettaq kompetizzjoni ġusta, imma huwa nġust u ma tista’ tagħmillu xejn.
Issa għandna Gvern li suppost ġie elett biex suppost ikun aħjar minn ta’ qablu. L-Oppozizzjoni qeda fil-Parlament biex tikkritikka. Ma nistgħux inħallu Gvern li jipprovdi kartell. Minkejja li dak kollu li qal is-Segretarju Parlamentari, meta niġi nħallsu għal petrol u diesel, meta f’pajjiżi oħra l-pompi jbiegħu bi prezz differenti.
Dawn huma fatti fejn l-unika service provider tal-enerġija f’Malta hija l-Arms. Għandna Gvern li għandu dominanza fis-suq. Vassallo qal li jaħseb li t-tliet snin li domna ma rajniex deċiżjoni tittieħed biex ikun salvagwardjat il-konsumatur Malti. L-aħjar skema hija li temenda l-Kostituzzjoni kif qalet l-Għaqda tal-Konsumatur bil-Gvern qed jgħid li jemenda.
Issa l-pass huwa li rridu niddiskutu l-liġi. Din il-leġiżlazzjoni li qegħdin inressqu, x;se jiggwadanja minnha l-konsumatur?. Meta xi ħadd jara din il-leġiżlazzjoni, x’se jgħid. Issa wieħed irid jara d-dekan tal-fakulta’ x’se jgħiud fuq din il-leġiżlazzjoni. L-Awtorita’ b’dawn l-emendi?
Se tibqa’ b’saħħitha, se jneħħuha milli tibqa’ awtorita’ ta’ vera? Issa se nibdew naraw l-Qorti taġixxi billi tinvestiga bħal f’kull każ tal-Pulizija, u wara x’se nagħmlu, x’se naraw il-konsumatur ikun aħjar? Għandna liġi ta’ mportanza kbira li ftit nagħtu kasha. Il-poter tal-konsumatur b’dawn l-emendi, x’se jiżdidlu? Il-konsumatur fejn se jispiċċa?
Jekk l-Enemed tistabilixxi hi l-prezz tal-fuel, se nagħmlu? Lanqas kien hemm min lanqas jersaq lejn l-Awtorita Ġusta, jew d-Dritt tal-Konsumatur, aħseb u ara l-Qorti. B’dawn il-liġijiet se mmorru ‘l quddiem? Se jkollna Awtorita’ li ħadmt u se nġibuha ma taħdimx.
Għaliex il-Gvern kien ħadha kontra n-nies għax fittxew lil Arms, bil-Gvern jiċċalinġja lil dawn in-nies. Ma setgħux jersqu l-Qorti minħabba l-kontijiet, hekk sew. Il-Gvern, inkluż il-Prim Ministru ma jimputahx minnha, u ma jafx xi tfisser il-kelma viżjoni jew , irid ikompli għaddej bil-“patch work”…L-Awtorita’ tal-Kompetizzjoni Ġusta, se jiġri minnha? Il-Ministru qal li ħa l-eżempju tal-Awstrija, imma l-Awstrija, kompożizzjoni tal-Qorti hija l-istess?.
//= $special ?>