Sport Sport Ieħor

Christopher Vella jirbaħ finali missielta kontra Nico Sciberras

Christopher Vella kiseb żewġ rebħiet konsekuttivi fil-Qormi Clay Shooting Club meta rebaħ il-Queen Garage Tyre Service Challenge Cup. Din il-Mini Grand Prix kienet organizzata fuq tliet rawds ta’ kwalifikazzjoni ta’ 25 target flimkien mal-fażi finali. Flimkien ma’ Vella fuq il-podju, kien hemm iż-żagħżugħ Nico Sciberras u Michael Grech li spiċċaw it-tieni u t-tielet rispettivament.

Wara r-rawnds ta’ kwalifikazzjoni, Nico Sciberras (66/75), Christopher Vella (60/75), Jean Pierre Mifsud (59/75) u Michael Grech (58/75). Iż-żewġ postijiet l-oħra fil-finali kellhom ikunu deċiżi f’shoot-off, b’Rudolph Zammit jolqot 57/75 +3 segwit minn Paul Formosa 57/75+2+1 filwaqt li John Marmara kien eliminat b’57/75+2+0.

Jean Pierre Mifsud kien eliminat l-ewwel fil-fażi finali wara li laqat 16/25. Rudolph Zammit u Paul Formosa kienu temmew fil-ħames u r-raba’ post rispettivament.

Michael Grech spiċċa fit-tielet post b’total ta’ 28/40. Il-finali kienet kontestata minn Christopher Vella u Nico Sciberras, bit-tnejn jolqtu 10/10, iżda minħabba riżultati aħjar fir-rawnds preċedenti, Vella spiċċa rebbieħ b’42/50 kontra l-40/50 li laqat Sciberras.

Klassi A

1. John Marmara            57/75

Klassi B

1. Nico Sciberras            66/75

2. Christopher Vella      60/75

3. Jean Pierre Mifsud    59/75

Klassi Ċ

1. Paul Gatt                     42/75

2. Brian Zammit            42/75

3. George Grech             41/75

Il-programm tal-Federazzjoni Maltija tal-Isparar ikompli l-Ħadd 14 ta’ April fil-Bidnija bil-kompetizzjoni Aquilina Shield.

Tags