Id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li minn dak li qed jagħmel il-Gvern vis-a-vis il-Kunsilli Lokali fejn mhux biss qed ineħħilhom il-poteri, imma b’avviz legali jrid ikisser 16-il kumitat amminstrattiv. Huwa għalhekk li kulħadd jaqbel min vera għal qalbu l-Kunsilli Lokali, dak il-partit li wellidhom u jindukrahom u min qatt ma qabel magħhom u min qatt ma riedhom.
Cutajar kien qed jitkellem meta huwa ressaq mozzjoni biex jiġi mħassar l-Avviz Legali dwar il-hamlets. Residenti ta’ 16-il kumitat amministrattivi għall-kommunitajiet f’Malta kienu qegħdin jibbenefikaw bħala parti mid-devoluzzjoni u s-sussidarjeta’. Dawn issa tħassru mill-Ministru tal-Ġustizzja biex jibqgħu jaħdmu.
Robert Cutajar qal li l-Oppożizzjoni temmen bis-serjeta’ bid-devoluzzjoni tal-poter għax 26 sena ilu meta wellidhom, illum 26 sena wara, l-Partit Nazzjonalista baqa’ konsistenti fejn ressaq 80 proposta, biex jikkonferma kemm huwa viċin in-nies.
15-il sena ilu twaqqfu wkoll l-hamlets, fejn rajna, li fil-maġġoranza tagħhom, dawn il-kumitati ħadmu u għamlu d-differenza. Huwa fakkar li stqarrijiet li saru mill-ex Segretarju Parlamentari Soċjalista Stefan Buontempo favur il-hamlets.
Huwa qal li kif kien ġie rrappurtat Buontempo fuq is-sit inewsmalta meta kien żar waħda minn dawn il-hamlets, kien fakkar fuq żoni minsija li jkunu barra mill-Belt jew raħal u li għalhekk il-hamlets għandhom rwol kruċjali.Dan qalu fil-21 ta’ Ġunju 2016.
Cutajar qal li huwa ovvju li l-esperjenza fil-Kunsilli Lokali hija ċara. Kellna PN li welled u saħħaħhom u kellna Partit Soċjalista li ma jemminx fil-Kunsilli Lokali. Il-PN dejjem kien konsistenti u għalhekk tressqet din il-mozzjoni biex il-hamlets ma jitkissrux.
Qal li tal-mistħija kif fil-Ħamrun nhar il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru għamel statement. Skont hu, l-Kumitati Amministrattivi qatt ma għamlu differenza. Għal Partit Soċjalista mhux l-ewwel darba mingħajr konsultazzjoni jaqbad u jiddeċiedi, kif sar sentejn ilu meta l-Gvern ġie fil-Parlament u ħassar l-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali.
Il-Partit Soċjalista m’għandux il-mandat li jagħmel dan. Fil-programm elettorali tiegħu mkien ma qal li se jneħħi l-hamlets. Huwa ta’ nsult dak li qal il-Prim Ministru. Qed isibha diffiċli l-Partit Soċjalista biex isib kanditati u għalhekk għamel li għamel.
Iċ-Chairperson tal-Baħrija, hamlet mmexxija mill-Partit Soċjalista qatt ma laqqa’ l-kumitat, tal-mistħija. Minn naħa l-oħra Baħar iċ-Ċagħaq ħadem bla heda biex għamel bozzoz, bankini u ħoloq it-tours kulturali fost affarijiet oħra.
Kappara, l-istess għamlu għamlu ħafna xogħol bħal mappep u shelters u rranġaw ħafna problemi oħra. Tenna li fil-Madliena, minkejja li ma kienx hemm Infrastructue Malta saru toroq, ħitan, heritage trail u ġabu l-fondi mill-Unjoni Ewropea.
Anke fil-Gżira Għawdxija sar ħafna xogħol. Qal li anke is-Sindki taw ċanfira lill-Gvern, Sindku Laburista stess qal lill-Gvern li qal li ġabuna tallaba, is-Sindku ta’ Wied il-Għajn qal li trid tkun tal-qalba biex tinqeda minn Dipartiment tal-Gvert. Il-hamlet ta’ Santa Luċia, f’Għawdex ukoll għamel ħafna xogħol u li kiseb ukoll suċċess, anke internazzjonali.
Fuq ir-riforma tal-Kunsilli Lokali se nivvutaw favur, imma se nkunu qegħdin inressqu numru ta’ emendi. Per eżempju fuq is-sigurta ma hemm xejn, anke l-Madliena, hamlet li għamlet in-neighbour hood watch. toroq u ħafna xogħol ieħor, ma għamlet xejn.
Imma ma semgħux mill-Onorevoli Buontempo, li kien ħoloq strteġija tat-taħriġ fejn il-hamlets kienu nvoluti bil-barka tal-Gvern. Dik konsistenza? Gvern jintroduċi taħriġ u ieħor, ta’ l-istess partit ikisser kollox.
Illum għadna Segretarju Parlamentari li kien Sindku u messu jaf x’differenza f’dan ir-rigward, kif il-Kunsilli kienu jimxu meta kien il-PN fil-Gvern. Tal-mistħija li llum għandna Sindki Laburisti, li qegħdin jaqblu ma’ dan kollu fuq il-hamlets.
Falliment qal, hija il-LESA, li suppost qed topera bil-finanza tagħha stess u lanqas biss f’sentejn ma wriet il-ħidma tagħha. Huwa staqsa jekk din inħolqitx biex jinqdew xi nies tal-qalba.
Il-wardens bħalissa huma demotivati, għax qed jiġu murija lilhom nuqqas ta’ rispett, fosthom kif qed jitħallsu bil-paga li għandhom. Fil-proposti tal-PN hemm anke fuq infurzar. Hemm numru ta’ deputati fil-Kunsilli Lokali li messhom jitkellmu fuq dan u ningħaqdu flimkien fuq dan.
Din kienet l-aktar sena li l-Kunsilli Lokali, fejn li marru ħażin fejn ittieħdulhom ħafna mir-responsabbilitajiet. Tkellmu Sindki Labursti dwar dan u anke il-gambetti li jingħata l-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar, li l-popolazzjoni tiegħu telgħet għal 26,000 u għalhekk hemm bżonn li l-Gvern jagħti l-għajnuna u mhux ifixkel.
Fir-Rabat, Sindku Laburista li ma kienx ikollu maġġoranza minn sħabu għax moħħom biss biex jagħtuh il-gambetti, u d-differenza hi li l-PN kienu jgħinuh. San Pawl il-Baħar le, imma bil-maqlub. F’San Pawl il-Baħar il-Kunsilliera Laburisti ħlief ħsara ma jagħmlux ħalli ma jittieħdux id-deċiżjonijiet, u moħħhom biss biex jitilqu l-barra fil-laqgħat.
//= $special ?>